Lokali

Spettaklu tan-nar tal-art f’Aġira, fi Sqallija

Membri ta’ għaqda tan-nar ta’ Ħaż-Żebbuġ se jkollhom esperjenza ġdida barra minn Malta hekk kif se jkunu qed jagħtu spettaklu kbir tan-nar tal-art ġewwa Aġira, fi Sqallija.

Il-ħidma tal-voluntiera tal-każin tal-banda 12th May bdiet mis-sena l-oħra hekk kif kien hemm numru ta’ sfidi u sagrifiċji li riedu jgħelbu qabel jitilgħu Sqallija.

Il-President tal-każin, Marielle Mizzi qaltilna dwar il-preparamenti u dak li se jiġri la darba jitilgħu Sqallija.

Il-konferenza stampa saret propju fis-sala tal-każin bl-isem ta’ Aġira, isem tal-istess belt fi Sqallija fejn se jkunu qed jagħtu l-ispettaklu.

Marielle Mizzi qaltilna l-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera.

Fl-1997, l-istess każin kien daħal f’ġemellaġġ ma’ Aġira fi Sqallija fejn il-banda Maltija titla’ ddoqq fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filippu.

Il-ħarqa se tkun qed issir fi ftit jiem oħra, propju fil-11 t’Awwissu f’Aġira, lejliet il-festa ta’ San Filippu.