Għawdex Lokali

FILMAT: Jasal il-maltemp; xita qawwija f’Għawdex

Ritratti li ttieħdu llum minn Josef Agius

Għalkemm ninsabu fl-eqqel ta’ Awwissu, illum ma tantx hu mbassar temp sabiħ għal fuq il-gżejjer Maltin.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, illum mistennija jkollna ħalbiet iżolati tax-xita bil-possibilita’ ta’ maltempati bir-ragħad iżolati – maltemp li se jippersisti anke tul il-ġurnata tat-Tnejn.

Din ix-xita mhu se tnaqqas xejn mis-sħana kbira li qed tiddomina fuq ir-reġjun tagħna bħalissa. Fil-fatt, illum it-temperatura mistennija tinħass 36 grad.

Jidher li t-temp ikrah u bis-sħab se jkun karatteristika tal-ġranet li ġejjin.

Net News hu nfurmat li numru kbir ta’ festi diġa’ ħadu l-prekawzjonijiet kollha u neħħew ammont kbir ta’ armar li kienu diġa’ ħarġu.

Illum, iċ-ċans li tagħmel maltampata bir-ragħad hi ta’ 40 fil-mija, filwaqt li għada hemm 25 fil-mija ċans li jkollna xita bir-ragħad.

Maltemp fuq l-Aħrax tal-Mellieħa

Intant, kif juri dan il-filmat, l-ewwel ma ntlaqat minn dan il-maltemp kien Għawdex. Dan hu filmat li ġie ppubblikat mill-Paġna Gozo Weather Page fuq Facebook.