Internazzjonali

Imutu talanqas 22 f’terremot qawwi ieħor fl-Indoneżja

Mietu talanqas 22 persuna fl-Indoneżja wara li l-gżira ta’ Lombok intlaqtet mill-ġdid minn terremot qawwi li rreġistra talanqas seba’ fuq l-Iskala Richter.

Dan it-terremot ikkaġuna l-ħsarat fil-bini. fost effetti għall-provvista tad-dawl. Fil-fatt, it-theżżiża tant kienet qawwija li nħasset ukoll fil-gżira (Indoneżjana) ta’ Bali.

Intant, mhemmx indikazzjonijiet li t-terremot – li laqat zona ‘il hinn mill-kosta ta’ Lombok li hi popolari mat-turisti – kellu jkun segwit mit-tsunami.

Dan it-terremot fil-fatt seħħ ġimgħa biss wara terremot ieħor li kien laqat l-inħawi ta’ Lombok u li fih kienu mietu 16 il-persuna oħra.