It-titjira tal-Air Malta li kellha titlaq mill-MIA dalgħodu lejn Gatwick f’Londra se tkun qed tħalli pajjiżna kważi 3 sigħat tard. Dan hekk kif il-linja nazzjonali tal-ajru qed terġa’ tesperjenza tħarbit fl-iskeda tagħha – xi ħaġa li qed tkun komuni jum wara l-ieħor, partikolarment wara li l-Ministru Konrad Mizzi iddeċieda li jestendi bl-addoċċ it-titjiriet tal-Air Malta.
Hu mifhum li t-titjira KM116 se tħalli l-ajruport għall-ħabta tal-11:35am. Dan meta suppost kellha titlaq fid-8:40am.
Dalgħodu, kien hemm ukoll dewmien fit-titjira tal-Air Malta KM561 minn Moska, illi waslet tliet sigħat u nofs aktar tard mill-ħin skedat.
Kien bosta dawk li kkuntatjawna bl-ilmeti tagħha dwar dan in-nuqqas fis-servizz. Persuna partikolari attribwiet dan it-taħwid kollu għan-nuqqas ta’ pjanar mill-Air Malta.
“Dan s-servizz li rridu nofru bil-linja nazzjonali speċjalment lit-turist? Kif tista’ tagħmel iktar rotot biex tintogħġob, u ajruplani biżżejed biex taħdem m’hawnx. Jekk vera l-Air Malta trid toffri servizz irid ikollha biex taħdem mhux tħalli n-nies jistenew għal sigħat twal”.
//= $special ?>