Tkompli tingħata l-kura lill-fekruna Alison illi ġiet salvata ftit tal-jiem ilu wara li nstabet maqbuda fix-xlief, u issa qed tingħata l-assistenza media minn Nature Trust Malta.
Fuq Facebook reġa’ kiteb iż-żagħżugħ Leander Mizzi, li kien il-persuna illi salva din il-fekruna.
Mizzi ppublika messaġġ li wasallu minn Nature Trust, fejn ġie spjegat il-proċess li għaddej bħalissa. Jidher li t-trattament se jieħu t-tul minħabba li s-sunnara misset l-imsaren tal-fekruna. Fl-istess ħin, Alison se tingħata xi żejt biex ix-xlief jinqala’.
Għalkemm dan hu proċess twil, jista’ jwassal biex f’Novembru l-fekruna tiġi rilaxxata fil-baħar. Kollox jindika li hemm ċans tajjeb ta’ fejqan.
//= $special ?>