Lokali

FILMAT: “Meta jasal…naraw” – Dwar x’se jagħmel fil-budget minħabba ż-żieda fil-petrol u d-diesel

“Meta jasal… naraw.” Kien dan il-qofol tal-kumment tal-Ministru Edward Scicluna meta kien mistoqsi minn NET News jekk jaqbilx maż-żidiet qawwija li kien hemm riċentament fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.

Edward Scicluna kien ħiereġ minn laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, meta NET News staqsa dwar il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.

Minflok ma ta risposta ċara ta’ x’beħsiebu jagħmel il-Gvern quddiem iż-żidiet qawwija fil-prezz tal-petrol u d-diesel, il-Ministru responsabbli mill-Finanzi sempliċiment qal li jrid jara l-istampa sħiħa – f’indikazzjoni ċara li l-poplu se jkollu jibqa’ jħallas għaż-żidiet fil-prezz tal-petrol u d-diesel.

“Jiena l-Ministru tal-Finanzi, in charge mill-budget. Meta jasal il-budget, nieħdu l-istampa kollha,” qal Edward Scicluna. “U għalhekk naraw l-istampa sħiħa. Naraw it-taxxi, naraw l-ispejjeż u naraw id-dħul,” żied jgħid.

Waqt il-laqgħa tal-MCESD, kien hemm imsieħba soċjali li qajmu l-kwistjoni taż-żidiet fil-prezz tal-petrol u d-diesel – iżda skont xi imsieħba soċjali, il-Ministru Edward Scicluna ma kkommettix ruħu li dawn iż-żidiet ikunu indirizzati fil-budget li jmiss.

FILMAT: Il-COLA li jmiss aktarx mhux se tirrifletti ż-żidiet tal-petrol u d-diesel