Internazzjonali

Il-Ġermanja tikkunsidra l-possibbiltà li terġa’ ddaħħal il-liva

Hekk kif l-Armata Ġermaniża qed tbati biex issib in-nies, il-Partit Demokristjan Ġermaniż (CDU) tal-Kanċillier Angela Merkel bed diskussjoni dwar il-possibbiltà li terġa’ tiddaħħal il-lieva militari.
Il-liva kienet tneħħiet fil-Ġermanja fl-2011 wara li kien deċiż li jkun hemm Armata professjonali. Qabel, iż-żgħażagħ Ġermaniżi kienu obbligati jservu fil-militar inkella f’qasam ċivili li fih jgħinu s-soċjetà.
Issa Annegret Kramp-Karrenbauer, is-Segretarju Ġenerali tas-CDU, qalet li se tiftaħ id-diskussjoni dwar il-possibbiltà li terġa’ ddaħħal il-lieva. Xi ħaġa li issa mistenni li titressaq quddiem il-konferenza annwali tal-partit f’Diċembru.
Skont l-istħarriġ, il-Ġermaniżi inġenerali huma favur il-lieva. Skont stħarriġ li sar on-line miċ-Civey, hemm 55.6 fil-mija tal-Ġermaniżi li huma favur il-lieva filwaqt li 39.6 huma kontra.