Carmel Bonnici ta’ 68 sena minn Birżebbuġa ingħata sentenza sospiża wara li quddiem il-qorti huwa ammetta li weġġgħa ħafif raġel ieħor b’mus f’argument waqt marċ tal-festa f’Birżebbuġa, l-Ħadd.
Fil-Qorti Bonnici esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li ġara.
Huwa ametta li l-akkuża li kkawża ġrieħi ħfief fuq Kirsten Carabott u li pprova jikkawża ġrieħi gravi lil Saviour Spiteri.
L-avukat difensur qal li l-argument kiber wara li iben l-akkużat kellu argument maż-żewġ irġiel l-oħra.
Il-Maġistrat Francsco Depasquale esprima d-dispjaċir tiegħu li inċidenti bħal dawn jiġru waqt festi li huma intiżi biex jgħaqdu.
Fis-sentenza tiegħu l-maġistrat wissa’ lil Bonnici sabiex iżomm id-distanza miż-żewġt irġiel u ordnalu li jħallas garanzija ta’ 2,000 ewro.
//= $special ?>