L-Arabja Sawdija ħabbret li kienet keċċiet l-Ambaxxatur Kanadiż. Dan minħabba indħil fl-affarijiet interni tal-pajjiż.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija qal ukoll li kien sejjaħ lura lejn il-pajjiż l-Ambaxxatur fil-Kanada.
Il-kriżi nqalgħet wara li l-Kanada qalet li kienet imħassba mill-arrest ta’ diversi attivisti għad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija. Il-ġimgħa l-oħra l-Kanada ħarġet stqarrija fejn ħeġġet il-ħelsien immedjat ta’ dawn l-attivisti.
Iżda l-Arabja Sawdija qalet li dan kien attakk fuq il-pajjiż u bħala reazzjoni għal dan kienet se tiffriża l-kummerċ u l-investiment kollu bejn iż-żewġ pajjiżi apparti li tkeċċi l-Ambaxxatur u ssejjaħ lura tagħha.
Jitkeċċa l-Ambaxxatur Kanadiż fl-Arabja Sawdija


