Lokali Turiżmu

Jum ieħor ta’ dewmien għat-titjiriet tal-Air Malta

It-titjira minn Katanja niżlet siegħa u nofs tard

Turisti u Maltin li dalgħodu kienu qed iħallu pajjiżna mill-MIA spiċċaw mill-ġdid iffaċjati minn aktar dewmien fit-titjiriet tal-Air Malta.

It-titjira KM 116 lejn Gatwick li kellha titlaq fid-8:40am, telqet fid-9:57am. It-titjira KM 306 lejn Munich ukoll telqet tard.

L-ajruplan lejn Tel Aviv skedat li jitlaq aktar minn siegħa u nofs tard, fl-10:30am.

Fl-istess waqt, it-titjira minn Katanja KM 641 waslet Malta fid-9:15am – kważi siegħa u nofs wara l-ħin skedat. L-ajruplan tal-Air Malta suppost kellu jasal fit-7:55am.