Kultura Lokali Mużika

Kanzunetta ġdida dedikata lill-Belt Kapitali

Il-video mużikali tal-kanzunetta 'Valletta'

Wara għaxar snin fix-xena mużikali, il-kantant popolari Malcolm Pisani nieda l-ewwel kanzunetta tiegħu bil-Malti; kanzunetta speċjali ħafna u ddedikata għall-Belt Kapitali tagħna Valletta.

Malcolm min dejjem kellu l-ħsieb u x-xewqa li l-Belt Kapitali għandha jkollha kanzunetta ddedikata speċifikament għaliha u b’hekk wara li din is-sena l-Belt qed tiċċelebra t-titlu bħala l-Belt Kapitali Ewropeja tal-Kultura hu ddeċieda li din għandha tkun is-sena ideali biex din il-ħolma tiegħu ssir realta’.

Malcolm Pisani avviċina lil Cyprian Cassar u lil Emil Calleja Bayliss biex flimkien miegħu jaħdmu fuq din il-kanzunetta u joħorġu l-aqwa elementi biex tkun diska unika u ta’ suċċess.

Biex ‘VALLETTA’ tkun kompluta nħadem ukoll video mużikali li nġibed fit-toroq tal-kapitali.