Leonid McKay inħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Housing Authority – kariga li se jkun qed jassumi wara li telaq mill-Caritas.
Il-housing soċjali huwa wieħed mill-aktar setturi fejn il-Gvern ta’ Muscat totalment falla fl-aħħar snin. Issa, qed ipoġġi lil McKay fuq quddiem ta’ din l-awtorita’ bil-għan li jipprova jdawwar ir-rotta.
Fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal illi jinsab fiduċjuż McKay għandu l-esperjenza, il-viżjoni u d-determinazzjoni li jagħmel suċċess f’din il-kariga.
McKay mistenni jibda l-operat tiegħu fi ħdan l-Awtorità tad-Djar fi ftit ġimgħat.
//= $special ?>