Futbol Sport

Man United jirrifjutaw offerta ta’ Barcelona għal Pogba

Wara l-akkwist ta’ Arturo Vidal, jidher li Barcelona għadhom qed ifittxu plejer ieħor li jsaħħu nofs il-grawnd. Fost dawk li Barcelona xeħtu għajnejhom hemm Paul Pogba fejn jidher li qed jagħmlu minn kollox iżda Manchester United iddeċidew li l-plejer ma jinsabx għal bejgħ.

Ir-raġuni prinċipali tidher li għar-Red Devils Pogba hu plejer importanti kemm mill-aspett tekniku għal Josè Mourinho kif ukoll mill-aspett kummerċjali. Raġuni oħra għaliex Manchester United mhux lesti b’xi mod ineħħu lil Pogba hi għaliex ma għandhomx ċans biex jakkwistaw sostitut denju, bis-suq tat-trasferimenti fil-Ingilterra jagħlaq il-Ħamis li ġej.

Rapporti fil-media internazzjonali rrappurtaw li Barcelona għamlu t-tielet offerta lil Manchester United għal Pogba li xorta ma tidhirx li kienet biżżejjed. Il-klabb Ingliż qal le għall-offerta ta’ €50 miljun u d-difensur Kolombjan Yerry Mina u l-midfielder Portugiż Andrè Gomes.