Sport Sport Ieħor

Mark Williams jevita ħasda u jikkwalifika għat-tieni rawnd tal-World Open

Mark Williams evita eliminazzjoni bikren mill-World Open meta għeleb lil Lukas Kleckers 5-4. Williams mar żewġ frames fil-vantaġġ bi break ta’ 120 li bih rebaħ l-ewwel frame filwaqt li l-affarijiet ftit dehru li setgħu jmorru ħażin.

Iżda Kleckers li jinsab 103 postijiet wara l-avversarju fir-rankings tad-dinja, irnexxielu jirbaħ tliet frames konsekuttivi u mar frame bogħod mir-rebħa bi break ta’ 66 fis-seba’ frame. Williams kien taħt pressjoni minħabba li ried jirbaħ iż-żewġ frames, iżda kien preċiż u rnexxielu jagħmel breaks ta’ 94 u 77 biex evita sorpriża.

Ding Junhui wkoll evita ħasba qabel ma għeleb lil James Wattana 5-4. L-eks numru wieħed tad-dinja tilef vantaġġ ta’ 3-1, hekk kif l-avversarju ta’ 48 sena għamel breaks ta’ 59, 54 u 102 biex mar frame bogħod mir-rebħa. Iżda Ding Junhui rnexxielu jġib id-draw biex rebaħ id-disa’ frame u dak deċiżiv bi break ta’ 8-0.

Tags