Hekk kif pajjiżna f’dawn il-jiem jinsab maħkum minn sħab u maltemp, il-bajjiet tagħna ħadu ftit kulur meta lbieraħ niżlet qata’ fjamingi. Dawn l-għasafar dehru fuq ir-Riserva Naturali tal-Għadira, filwaqt li kien hemm anke min ra l-fjamingi fuq ir-Ramla l-Ħamra.
Kien bosta dawk li ssaħħru b’din ix-xena rari tal-fjamingi fuq il-bajjiet tagħna, tant li r-ritratti tagħhom dehru fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali.
Intant, BirdLife Malta ħabbret li se tiftaħ ir-riserva naturali tal-Għadira nhar l-Erbgħa bejn it-8am u l-11am biex il-pubbliku jkun jista’ jara l-10 Fjamingi li hemm bħalissa.
//= $special ?>