Internazzjonali

Splużjoni qawwija tul autostrada f’Bologna

Tlett persuni kienu konfermati li mietu imma hemm indikazzjoni li dawn jistgħu jiżdiedu sew u madwar 70 persuna ndarbu wara li żviluppa nar kbir wara inċident tat-traffiku tul triq ewlenija fiz-zona ta’ Borgo Panigale f’Bologna.


Fost il-midruba hemm 14 f’kundizjoni gravi. Dan wara inċident bejn trakk li kien qed iġorr kimika likwida u karozza. Mal-impatt, in-nar li kien hemm ħakem karozzi oħra u parti mill-pont li fuqu tinsab it-triq krollat. Hu stmat li talanqas għaxar karozzi nħarqu.

Fl-istess ħin kien hemm inċident ieħor tat-traffiku, din id-darba f’Foggia, fejn il-vittmi huma 12-il persuna. Dawn kienu immigranti li kienu qed jirritornaw mix-xogħol fl-għelieqi. Huma kienu f’vann bi pjanċi Bulgari li ħabat ma’ trakk.