Il-Britanniku Adam Peaty kiser ir-rekord Ewropew li għamel fis-semifinali tal-50 metru breaststroke fi Glasgow. Iċ-champion Olimpiku u tad-dinja li għandu 23 sena, kiser ir-rekord tiegħu stess fil-100 metru, u lbieraħ waqqaf l-arloġġ f’26.50 sekonda biex kwalifika flimkien ma’ Ross Murdoch.
Peaty li diġà rebaħ żewġ midalji tad-deheb fil-Kampjonati Ewropew, jibqa’ b’ċans li jirbaħ erba’ midalji tad-deheb fil-Kampjonati Ewropew għat-tielet darba, minkejja li kien megħlub fil-50 metru breastroke fil-Logħob tal-Commonwealth f’April.
//= $special ?>