Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 3.8 fil-mija jew aħjar żieda ta’ 60 inċident fuq il-post tax-xogħol meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Fl-ewwel sitt xhur kien hemm inċident fatali wieħed.
Bejn Jannar u Gunju ta’ din is-sena kienu rrappurtati 1,653 inċident. Il-maġġoranza ta’ dawn l-inċidenti, 15.4 fil-mija, seħħew fis-settur tal-manifattura. 249 inċident seħħew fl-industrija tal-kostruzzjoni fil-waqt li kien hemm 226 inċident fis-settur tat-trasport u l-ħażna tal-merkanzija.
Ftit iktar min-nofs l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol kienu fuq persuni ta’ bejn l-eta’ ta’ 25 u l-44 sena.
Kważi nofs dawn l-inċidenti kienu fil-partijiet tal-idejn u s-swaba.
Terz ta’ dawn l-inċidenti seħħew f’postijiet tax-xogħol li jimpjegaw aktar minn 500 impjegat filwaqt li kwart tal-inċidenti seħħew f’postijiet fejn jaħdmu bejn 50 u 249 impjegat. Bil-maġġoranza tagħhom jaħdmu fuq bażi full time.
F’dan il-perjodu, jiġifieri bejn Jannar u Ġunju kien rappurtat inċident fatali wieħed, l-istess ammont li kien reġistrat fl-istess perjodu s-sena li għaddiet.
