Christian Formosa u Marie Claire Aquilina huma ċ-champions nazzjonali tar-road race wara li rebħu l-kategoriji tagħhom organizzati mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.
Formosa spiċċa b’total ta’ 510 punti wara li rebaħ f’San Pawl u spiċċa t-tielet f’San Martin u Tal-Maqluba. Iċ-ċiklist ukoll ta’ The Cyclist CC Maurice Formosa temm it-tieni b’495 punt, b’Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT jispiċċa t-tielet b’470 punt.
Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens rebħet il-kategorija tan-nisa fejn ikkonfermat l-istaġun tajjeb tagħha. Hi spiċċat b’total massimu ta’ 600 punt. Dawn il-punti kienu akkwistati minn rebħiet f’San Pawl, San Martin u f’Tal-Maqluba.
Fit-tieni post spiċċat Michelle Vella Wood ukoll ta’ Team Greens b’485 punt u t-tielet daħlet Marion Pullicino ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’total ta’ 315 punt.
Is-suċċessi għat-tim The Cyclist komplew hekk kif rebħu anki Isaac Spiteri rebaħ il-Kampjonat tal-Juniors bi tliet rebħiet għal massimu ta’ 600 punt. Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St Joseph SC spiċċa t-tieni b’490 punt filwaqt li Nicholas Vella ta’ Agones SFC b’155 punt.
Fil-Kategorija tal-Masters 40+ rebaħ Malcolm Cachia ta’ The Cyclist b’555 punt li nkisbu f’żewġ rebħiet f’San Pawl u San Martin u t-tielet post f’Tal-Maqluba. Ħames punti warajh spiċċa l-eks champion Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC, filwaqt li fit-tielet pożizzjoni spiċċa Mario Attard ta’ Team Greens b’450 punt.
Mark Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio rebaħ il-Kampjonat tal-Masters 50+ wara li spiċċa b’massimu ta’ 600 punt. Il-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena ntrebaħ minn Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio b’550 punt miksuba minn rebaħ f’Tal-Maqluba u t-tieni post f’San Pawl u f’San Martin.
Christina Spiteri ta’ The Cyclist kisbet tliet rebħiet biex rebħet il-kampjonat tal-bniet ta’ taħt l-14-il sena b’massimu ta’ 600 punt. Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-kategorija tas-subien ukoll b’total massimu.
Riżultati
Elite Irġiel
Christian Formosa (The Cyclist) – 510 punti
Maurice Formosa (The Cyclist) – 495 punt
Alexander Pettett (Pro Action – Volata CT) – 470 punt
Elite Nisa
Marie Claire Aquilina (Team Greens) – 600 punt
Michelle Vella Wood (Team Greens) – 485 punt
Marion Pullicino (Mosta AF Sign Studio CC) – 315-il punt
Juniors
Isaac Spiteri (The Cyclist) – 600 punt
Gianluca Camilleri (Birkirkara St Joseph SC) – 490 punt
Nicholas Vella (Agones SFC) – 155 punt
Masters 40+
Malcolm Cachia (The Cyclist) – 555 punt
Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC) – 550 punt
Mario Attard (Team Greens) – 450 punt
Masters 50+
Mark Schembri (MostaAF Sign Studio CC) – 600 punt
Steve Mifsud (Mosta AF Sign Studio CC) – 505 punti
Joseph Micallef (The Cyclist) – 330 punt
Irġiel taħt is-16-il sena
Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio CC) – 550 punt
Mika Zammit (Agones SFC) – 330 punt
Nikol Micallef (Mosta AF Sign Studio CC) – 200 punt
Malcolm Vassallo (Mosta AF Sign Studio CC) – 200 punt
Nisa taħt il-14-il sena
Christina Spiteri (The Cyclist) – 600 punt
Justin Degiorgio (Mosta AF Sign Studio CC) – 525 punt
Bettina Falzon (Mosta AF Sign Studio CC) – 310 punti
Irġiel taħt l-14-il sena
Matthew Galea Pirotta (Mosta AF Sign Studio CC) – 600 punt
Luke Joseph Camilleri (Mosta AF Sign Studio CC) – 470 punt
Nathan Zammit (Mosta AF Sign Studio CC) – 435 punt
//= $special ?>