Futbol Sport

El-Hadary jirtira mit-tim nazzjonali tal-Eġittu

Il-gowlkiper Eġiżżjan Essam El-Hadary li dan is-sajf sar l-ixjaħ plejer li lagħab fit-Tazza tad-Dinja ħabbar li rtira mix-xena internazzjonali. El-Hadary li għandu 45 sena, rebaħ erba’ darbiet it-Tazza Afrikana.

Hu għamel id-debutt fl-1996 u lagħab 159 logħba mat-tim nazzjonali tal-Eġittu. Hu lagħab fl-aħħar logħba ta’ Grupp A fir-Russja, fejn laqa’ penalty wkoll minkejja li sfaw megħluba mill-Arabja Sawdija 2-1.

“Wara 22 sena, erba’ xhur u 12-il ġurnata, rajtha li hu l-aqwa mument li nirtira. Ninsab kburi li lagħbt mat-tim nazzjonali 159 logħba, fejn ħadt sehem f’kisbiet bla preċedent,” qal El-Hadary.