L-aħħar kanzunetta ta’ Drake ħolqot fissazzjoni ġdida fuq il-media soċjali – dik li qed tissejjaħ “Kiki Challenge”.
Il-video ta’ Drake ħareġ tliet ijiem ilu biss, u ż-żgħażagħ mal-ewwel bdew jimitawh, inkluż f’Malta.
Fil-fatt, dan ir-ritratt t’hawn fuq juri żagħżugħ Malti li hu biss wieħed minn ħafna li provaw din l-isfida. Iżda x’jagħmlu eżatt? – joħorġu mill-karozza, jiżfnu ż-żifna ta’ Drake, waqt li l-karozza (bil-bieb miftuħa) tibqa’ għaddejja issuq.
Fil-media Ingliża qed issir ħafna kritika għal din il-moda ġdida fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, hekk kif kien hemm każ fejn anke tifla ta’ 10 snin ħarġet mill-karozza biex tagħmel il-Kiki Challenge.
//= $special ?>