Kurżitajiet Lokali

Il-Malti Kurt Fenech eliminat mir-rebbieħ tat-tournament

Jispiċċa fir-4 post u jirbaħ $20,000

Il-Malti Kurt Fenech ġie eliminat fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA Playstation kontra Mosaad Aldossary tal-Arabja Sawdija, b’dan tal-aħħar isir Champion tad-Dinja bir-rebħ tal-finali.

Għal Fenech dan kien suċċess enormi. Ir-raba’ post f’din il-kompetizzjoni fisser li hu rebaħ premju ta’ kważi $20,000.

F’disa’ partiti, Fenech skurja xejn anqas minn 72 gowl.

Il-plejer mis-Sawdi rebaħ iż-żewġ partiti li kellu fil-finali bi skor ta’ 2-0.

Il-finali ntlagħbet fuq il-palk ċentrali tal-02 Arena, fil-kapitali Ingliża Londra.

Il-kompetizzjoni mondjali tal-FIFA Playstation kellha aktar minn 20 miljun parteċipant minn madwar id-dinja.