Lokali

Ix-xemx se tirritorna fi tmiem il-ġimgħa; xita bejn illejla u għada

Għada teżisti 55% ċans ta' xita bir-ragħad

Bejn illum u għada mistennija aktar xita fuq il-gżejjer Maltin, hekk kif it-temp ikrah ta’ dawn il-jiem jidher li se jippersisiti.

Kollox jindika li għada hemm ċans kbir li jerġa’ jkollna maltempati bir-ragħad. Dan wasal biex diversi organizzaturi tal-festi jieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibbli quddiem dan ix-xenarju.

Meta wieħed jara t-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, jidher li fil-ġranet li ġejjin is-sitwazzjoni se tinbidel hekk kif il-Ġimgħa mistennija terġa’ toħroġ ix-xema. Fi tmiem il-ġimgħa se jkollna temperaturi li jinħassu qrib id-39 grad celcius.