Nuqqas ta’ informazzjoni bl-edukaturi ma jafux x’se jsir minnhom fuq din il-kwistjoni. Dan kien il-kumment tal-Presidenti tal-Union tal-Għalliema, l-MUT Marco Bonnici dwar il-proposta tas-supervizjoni li jridu jagħtu l-edukaturi waqt it-trasport tal-istudenti għall-iskola.
“L-irwol tal-Edukaturi ma jistax jibqa’ jiġġebbed.”
Ix-xahar li għadda l-istess MUT kienet ħarġet stqarrija ta’ reazzjoni dwar dan fejn qalet li l-irwol tal-Edukaturi ma jistax jibqa’ jiġġebbed. Kważi xahar wara dan, jidher ċar li s’issa m’hemm l-ebda avvanzi fid-diskussjoniijet bejn l-MUT u l-gvern.
L-istess MUT qalet li dawn il-wegħdiet jidhru sbieħ fuq il-karta iżda li meta jitħabbru ma jkun hemm l-ebda pjan kif jistgħu jitwettqu, bl-edukaturi u l-għalliema ssir konsultazzjoni limitata magħhom u jibqgħu bla tweġibiet għal ħafna mistoqsijiet li hemm wara din il-proposta.
Ġenituri li ssoltu jibgħatu lil uliedhom bit-trasport privat, u li ppruvaw ikellmu lill-kumpaniji li offrewlhom dan is-servizz fis-snin mgħoddija intqalilhom li mhumiex jiġu aċċettati depożiti għas-sena d-dieħla għax għadu mhux ċar kif se taħdem l-iskema u mhux qed jagħtu garanzija tas-servizz minn Settembru.
Problema oħra li tidher qed tinkwieta lil ġenituri hija li s-servizz se jkun qed jopera minn numru żgħir ta’ ‘pick up points’. Dan ifisser li l-ġenitur jew min qed jieħu ħsieb lit-tfal iridu jwassluhom sa’ ‘pick up point’ partikolari. Jiġifieri min is-soltu jwassal lil uliedu għand in-nanniet u t-tfal jinġabru minn hemm, issa n-nanniet iridu jwassluhom sal-pick up point.
Il-gvern kien wiegħed li l-iskema tat-trasport b’xejn b’superviżjoni tibda titħaddem minn Settembru li ġej.
//= $special ?>