Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika ikkonferma li lbieraħ kien hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar.
Jidher illi għalkemm dan liż-żbroff tneħħa, bħala prekawzjoni u sakemm jiġu kkonfermati r-riżultati tal-kampjuni miġbura, mhux qed ikun rakkomandat li jsir għawm f’din iz-zona.
Tabelli li jindikaw dan l-għeluq tal-bajja ġew imwaħħla fiz-zona.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333.
//= $special ?>