Lokali

Pellegrinaġġ tal-muturi fil-festa ta’ Santa Marija

Inizjattiva li saret tradizzjoni ta’ kull sena – dik tal-pellegrinaġġ bil-muturi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija.

Dan il-pellegrinaġġ se jsir fi btala pubblika, propju fil-15 ta’ Awwissu u se jibda mill-Imġarr fid-10.00am.

Hekk kif il-pellegrinaġġ jiġi fi tmiemu ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli, is-sewwieqa tal-muturi jingħataw tifkira u jiġu mbierka l-muturi tagħhom. Wara se ssir quddiesa fl-istess Knisja.

F’din l-inizjattiva se jieħdu sehem żewġ parroċċi, dik tal-Imġarr u Ħad-Dingli , li ż-żewġ parroċċi huma ddedikati lil Marija Assunta.