It-titjiriet tal-Air Malta lejn Pariġi, Vienna, Heathrow, Manchester, Amsterdam u Ruma kollha telqu tard dalgħodu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif għal jum ieħor kompliet titħarbat l-iskeda tal-linja nazzjonali tal-ajru.
It-titjira KM116 lejn Gatwick, għat-tielet ġurnata konsekuttiva, se terġa’ titlaq tard minn pajjiżna.
Ir-rotta lejn Bristol, KM 238, hi skedata li tħalli Malta aktar minn siegħa tard. Iżda l-aktar affetwata kienet ir-rotta lejn l-ajruport ta’ Charles de Gaulle kmieni dalgħodu, illi telqet aktar minn siegħa u nofs tard b’detriment għall-Maltin u t-turisti li kienu fuq din it-titjira.
Anke fit-titjiriet li deħlin lejn Malta hemm ammont ta’ dewmien. Fost ir-rotot affetwati hemm l-Air Malta li wasal tard minn Katanja u dak li ġej minn Tel Aviv.
//= $special ?>