Jekk torqod aktar minn 8 sigħat kuljum hemm ċans kbir li tmut ta’ eta’ iżgħar. Dan joħroġ minn studju ġdid li sar fir-Renju Unit dan l-aħħar minn tobba u professjonisti mediċi.
Ir-riċerka turi li dawk li minn kienu jorqdu 10 sigħat regolarment, 30 fil-mija kellhom mewt prematura.
L-istess attitudni fl-irqad twassal biex ikollok 56 fil-mija ċans li tmut b’puplesija, u 49 fil-mija ċans li tmut b’kumplikazzjonijiet fil-qalb.
L-istudju hu ibbażat fuq 74 riċerka li kienet tkopri 3 miljun persuna.
//= $special ?>