Minkejja li kien ilhom 26 sena mingħajr kuntatt, grupp ta’ ħbieb tal-iskola irnexxielhom jiġbru aktar minn €87,000 għal eks studenti li marad serjament.
Il-grupp kien sar jaf li seħibhom marad b’tumur f’post delikat f’moħħu u li kien jirrikjedi kura partikolari li hi provduta barra minn Malta. Għalhekk hemm bżonn ta’ għajnuna biex ittaffi għall-ispiża finanzjarja.
Gian Franco Stellini, wieħed mill-grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-kulleġġ St. Edwards, kien spjega mal-programm NET LIVE kif kollox beda minn grupp fuq WhatsapP. U issa wara ġimgħat ta’ ħidma irnexxielhom jilħqu s=somma li kellhom bżonn.
Oriġinarjament, huma kellhom il-mira ta’ €75,000 – ċifra li inqabżet sew, u għalhekk issa tista’ issir l-operazzjoni li tant hi meħtieġa.
FILMAT: Din hi l-istorja li konna żvelajna permezz tal-programm NET LIVE fuq Net Television.
//= $special ?>