Lokali Saħħa

TINTLAĦAQ IL-MIRA: Jiġbru aktar minn €87,000 għall-ħabib tagħhom li marid b’tumur

Kien ilhom ma jiltaqgħu 26 sena - iżda ingħaqdu biex jgħinu lil seħibhom li kien magħhom l-iskola

Minkejja li kien ilhom 26 sena mingħajr kuntatt, grupp ta’ ħbieb tal-iskola irnexxielhom jiġbru aktar minn €87,000 għal eks studenti li marad serjament.

Il-grupp kien sar jaf li seħibhom marad b’tumur f’post delikat f’moħħu u li kien jirrikjedi kura partikolari li hi provduta barra minn Malta. Għalhekk hemm bżonn ta’ għajnuna biex ittaffi għall-ispiża finanzjarja.

Gian Franco Stellini, wieħed mill-grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-kulleġġ St. Edwards, kien spjega mal-programm NET LIVE kif kollox beda minn grupp fuq WhatsapP. U issa wara ġimgħat ta’ ħidma irnexxielhom jilħqu s=somma li kellhom bżonn.

Oriġinarjament, huma kellhom il-mira ta’ €75,000 – ċifra li inqabżet sew, u għalhekk issa tista’ issir l-operazzjoni li tant hi meħtieġa.

FILMAT: Din hi l-istorja li konna żvelajna permezz tal-programm NET LIVE fuq Net Television.