Il-leġġenda tal-atletika Usain Bolt se jingħaqad mat-tim tal-futbol Awstraljan Central Coast Mariners. Bolt li għandu 31 sena diġà tħarreġ ma’ Borussia Dortmund, il-klabb Sud Afrikan Sundowns u n-Norveġiż Stromsgodset.
Il-Ġamajkan, rebbieħ Olimpiku tmien darbiet u b’rekords fil-100 metru u l-200 metru, mhux se jkun garantit kuntratt professjonali mal-klabb Awstraljan.
“Ninsab eċċitat li se mmur l-Awstralja. Kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab futbol professjonali u naf li se jinvolvi ħafna taħriġ iebes biex nasal fil-livell rikjest biex nilgħab u nagħmel impatt fl-A League. Jien dejjem ngħid li xejn mhu impossibbli taħsibx fuq il-limiti u ħares lejn l-isfida.”
Bolt li rtira mill-atletika fl-2017, se jingħaqad mat-tim il-ġdid tiegħu għall-ewwel darba aktar tard dan ix-xahar. “Nittama li nista’ nagħti kontribuzzjoni tajba lill-klabb u ħerqan li niltaqa’ mal-plejers l-oħra, l-istaff u l-partitarji fil-ġimgħat li ġejjin,” żied Bolt.
//= $special ?>