Lokali

Żagħżugħ jinżamm ħaj sentejn wara mewtu – żewġ kmamar fl-ITU imsemmijin għalih

Fl-Isptar Mater Dei ġiet inawgurata inizzjattiva ġdida fil-ward tal-ITU fejn ġew dedikati żewġ kmamar bis-sodod fihom għal qraba ta’ pazjenti li jkun hemm fl-istess ward.

Il-kamra, minkejja li hija żgħira, se tkun qed takkomoda żewġ persuni biex jistrieħu mal-lejl jew matul il-ġurnata. Il-kmamar huma mmirati għal qraba ta’ pazjenti biex ikunu jistgħu joqgħodu ħdejn il-qraba tagħhom meta jkunu fl-ITU.

Dawn il-kmamar se jkun qed jingħataw b’mod speċjali qraba Għawdxin u qraba oħra li ma jkollhomx post fejn joqghodu. Huma jikkonsistu f’żewġ sodod u gwardarobbi, filwaqt li hemm ukoll kamra tal-banju ma’ kull kamra.

Dawn il-kmamar, issemmew għal Andrew Abela, magħruf aħjar bħala ‘Drew’ li miet fl-2016 fl-età ta’ 20 sena. Qraba tiegħu kienu ddeċidew li wara mewtu jgħatu l-organi tagħhom b’donazzjoni għal nies li għandhom bżonn trapjanti. B’dawn id-donazzjonijiet, Drew għadu ħaj f’seba’ persuni differenti, b’riżultat li salva daqshekk nies.

Fl-2017, Net News kien iltaqa’ ma’ waħda mill-pazjenti, Christine Grixti li kien sarilha trapjant tal-qalb. Il-qalb li kienet waħda mid-donazzjoni li ngħatat mill-qraba ta’ Drew. Tlieta mill-organi ta’ Drew marru għand tliet Maltin filwaqt l-erbgħa l-oħra kienu marru barra minn Malta biex minnhom diversi persuni qiegħdin jgħixu ħajja aħjar.

L-għan li dawn il-kmamar issemmew għal Drew biex issir kampanja edukattiva biex wieħed ikun jaf iktar dwar l-importanza tal-għoti tal-organi hekk kif wieħed jibqa’ ħaj f’persuni oħra u kapaċi jsalvaw diversi persuni.

F’Ġunju tal-2016, omm u missier Andrew, Sharon u Kenneth kienu rċevew telefonata meta kienu waqt vaganza. Huma ngħataw l-aħbar kerha li t-tifel tagħhom kellu emorroġija f’moħħu. Minħabba li din kienet wisq b’saħħitha, xejn ma seta’ jsir biex Andrew isalva. B’hekk l-operazzjoni ma saritx u sfortunatament it-tifel spiċċa f’koma.

Hekk kif il-ġenituri waslu Malta, huma baqgħu sejrin lejn l-ITU xejn iktar ma seta’ jsir. Sentejn wara, fuq fomm il-familja tiegħu jibqa’ isem Drew li kontinwament jitfaw kummenti fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu biex iktar minn qatt qabel iżommuh ħaj magħhom.

Dawn iż-żewġt ikmamar huma parti minn kampanja li kienet bdiet wara l-mewt ta’ Andrew, wara li Sharon u Kenneth kienu kkrejaw kampanja bl-isem Life After Drew. Fliemkien ma’ Transplant Support Group, huma jqajmu għarfien dwar l-importanza ta’ donazzjonijiet tal-organi biex jissalvaw diversi ħajjiet.