Residenti tal-Blata l-Bajda ilhom aktar minn 24 siegħa mingħajr is-servizz tal-ilma.
Net News jinsab infurmat li l-ilma inqata’ ilbieraħ għall-ħabta tal-11am.
Residenti li tkellmu magħna qalulna li meta ikkuntatjaw lill-Water Services huma qalulhom biss li jafu bis-sitwazzjoni.
Mhux magħruf eżatt meta se jirritorna s-servizz tal-provvista tal-ilma fil-Blata l-Bajda.
Intant tard waranofsinhar intbagħat bowser sabiex iqassam l-ilma lir-residenti, li wara madwar 36 siegħa għadhom mingħajr provvista tal-ilma.
//= $special ?>