Problemi fil-familja wasslu biex Kimberley spiċċat bla saqaf fuq rasha, minkejja li kien ilha xhur titkarrab għand l-awtoritajiet li kienet qed tirriskja li dan iseħħ minn mument għall-ieħor.
Iltqajna magħha fi ġnien pubbliku, fejn ħadet lil uliedha biex għal ftit ħin jilagħbu u jinsew il-problemi li għaddejjin minnhom kif ukoll jaqtgħu ftit mill-ħajja fil-karozza, fejn ilhom għall-aħħar jumejn iduru.
Magħha tarbija ta’ tliet xhur, f’cot fejn ilu għall-aħħar jumejn, żewġ bniet ta’ sitta u ħames snin kif ukoll binha ta’ erba’ snin, konxji mis-sitwazzjoni li jinsabu fiha.
//= $special ?>