Futbol Sport

ILLUM JAGĦLQU T-TRASFERIMENTI: Aħbarijiet ħżiena mingħand Jose Mourinho

Sitt plejers neqsin għall-ewwel partita ta' għada

Il-manager ta’ Manchester United Jose Mourinho “mhux fiduċjuż” li l-klabb se jiffirma plejers ġodda, hekk kif illum jagħlaq is-suq ta’ trasferimenti ta’ plejers fl-Ingilterra.

Dan intqal mill-kowċ Portugiż f’konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu.

Sorsi qed jgħid li din tista’ tkun logħba tattika minn Mourinho, u li kollox għadu miftuħ.

Manchester United qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw difensur sabiex isaħħu l-iskwadra. L-ismijiet li qed jissemmew huma Maguire, Boateng u Toby Alderweireld.

Intant, fl-istess konferenza Mourinho ikkonferma li għadu 6 plejers neqsin għall-ftuħ tal-istaġun. Dawn huma Nemanja Matic, Antonio Valencia, Ander Herrera, Diogo Dalot, Marcos Rojo u l-gowler Arġentin Sergio Romero.

Romelu Lukaku u Marcus Rashford kienu ż-żewġ plejers li skorjaw fil-partita