Reġa’ kien hemm terremot ieħor qawwi f’Lombok, gżira popolari mat-turisti u li tul dawn l-aħħar ġimagħtejn intlaqtet minn tliet terremoti qawwija li ħallew mal-150 persuna mejta.
Dan l-aħħar terremot li hu stmat li kellu l-qawwa ta’ 6.2 fl-Iskala Richter wassal biex ħafna bini li kien sofra l-ħsara fit-terremoti preċedenti kkrolla. Biss, l-epiċentru kien fuq l-art u għalhekk ma kien hemm ebda periklu ta’ tsunami.
Dan peress li l-uniku aċċess jinsab imblukkat minn kwantità ta’ terrapien. L-eluf ta’ turisti li kien hemm f’Lombok kienu evakwati f’dawn l-aħħar ġranet, xi wħud f’titjiriet speċjali li kienu organizzati u oħrajn bil-baħar lejn il-gżira Bali.
//= $special ?>

