Edukazzjoni Lokali

Uħud mill-istudenti Universitarji għadhom bla riżultati; il-KSU b’reazzjoni

Il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU) permezz ta’ stqarrija fuq Facebook qal li xi studenti tal-Università ta’ Malta lmentaw li ċertu riżultati għadhom ma ġewx ippubblikati.

Il-KSU qal li għamel kuntatt mal-Fakultajiet konċernati u mal-Uffiċċju tar-Reġistratur biex din il-problema tiġi solvuta. Il-Kunsill qal li jistenna li dawn ir-riżultati jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli.

Il-KSU saħqet li dan huwa tard ħafna u li hu raġonevoli li r-riżultati kollha tal-inqas jiġu ppubblikati sal-aħħar ta’ Lulju.

Il-KSU qalet li l-Università għandha tgħid sa meta għandhom ikunu ppubblikati ċertu riżultati biex l-istudenti jkollhom serħan il-moħħ u kif ukoll jekk għandhom xi resits ikollhom il-perjodu mistħoqq ta’ preparazzjoni.