Internazzjonali Turiżmu

Azzjoni industrijali massiċċa f’5 pajjiżi mill-bdoti ta’ Ryanair: Affetwati 400 titjira u 50,000 passiġġier

Sa issa ma jidhirx li hemm titjiriet minn u lejn Malta li huma affetwati mill-azzjonijiet industrijali

Bdoti tal-linja tal-ajru low-cost Ryanair mifruxa f’ħames pajjiżi Ewropej bdew strike ta’ 24 siegħa li wassal biex jitħassru mal-400 titjira li kellhom iġorru madwar 50,000 passiġġier.

Hekk kif l-istaġun tal-vaganzi dieħel fl-eqqel tiegħu, bdoti mill-Ġermanja, Żvezja, l-Irlanda, il-Belġju u l-Olanda ma daħlux għax-xogħol f’dik li qed titqies bħala waħda mill-ikbar azzjonijiet industrijali fl-istorja.

Dan l-istrajk tal-bdoti jsegwi l-istrajk f’Lulju li għadda tal-Cabin Crew mill-Belġju, il-Portugal u Spanja u kien affettwa mat-300 titjira.

Il-unions qed jinsistu li l-kuntratti tax-xogħol tal-impjegati ta’ Ryanair ikunu regolati mill-liġi tal-pajjiż fejn ikunu bbażati l-ħaddiema u mhux bil-liġi Irlandiża, li hija n-nazzjonalita’ tal-kumpanija.

Fuq Twitter, Ryanair qalet li l-azzjonijiet industrijali mhux ġustifikati għax il-bdoti tagħha huma mħallsa iktar minn bdoti ta’ linji tal-ajru low-cost oħra. Filwaqt li skużat ruħha mal-passiġġier, Ryanair stqarret li l-maġġoranza kbira tal-klijenti diġa’ ġew akkomodati fuq titjiriet alternattivi.

Sa issa ma jidhirx li hemm titjiriet minn u lejn Malta li huma affetwati mill-azzjonijiet industrijali