Kurżitajiet Mużika

Fejn marru Emma u Biondo?

Il-ġimgħa d-dieħla tkompli bit-tour tagħha fl-Italja

Matul din il-ġimgħa l-kantanta żagħżugħa Emma Muscat qattgħet ftit jiem ta’ mistrieħ fil-kapitali Franċiża Pariġi qabel ma tkompli bit-tour tagħha fl-Italja fejn qed tippromwovi l-album il-ġdid tagħha ‘Moments’.

Emma tinsab f’Pariġi mal-maħbub tagħha Biondo; storja li nibtet mill-programm popolari Amici ta’ Maria De Filippi.

Skont il-videos li qed ipoġġu fuq Instagram, Emma u Biondo għamlu dak kollu possibbli biex fi ftit jiem igawdu l-ġmiel kollu ta’ Pariġi – mit-Torri Eiffel, sal-Louvre u n-Notre Dame.

Fi ftit jiem, il-Maltija se tkompli ddur l-Italja b’impenji kważi kulljum. It-tour tagħha jinkludi l-ibliet ta’ Firenze, Bologna u Como, kif ukoll bliet fi Sqallija bħal Palermo u Katanja.