Lokali

FILMAT: Ġorġ tal-Mużew jgħix il-ħajja komunitarja bi sħiħ

Għalkemm m’għadux jitla’ l-isptar iqawwi qalb il-pazjenti rikoverati b’xi għanja jew poeżija minħabba saħħtu, ta’ 92 sena Ġorġ tal-Mużew għadu jgħix il-ħajja komunitarja f’Belt twelita bi sħiħ. Dan billi jiltaqa’ mal-Maltin u l-barranin fit-toroq siekta tal-Belt Vittoriosa u jitlob magħhom.

U xejn ma kienet eċċezzjoni l-għodwa tal-10 t’Awwissu, nhar il-Festa Titulari ta’ San Lawrenz, hekk kif L-Għannej tal-Mulej, kif inhu popolarment magħruf, attenda għall-Quddiesa Solenni tal-Festa.

Ħadna l-okkażjoni nżuruh f’daru wara l-quddiesa u tkellem dwar is-sinifikat tal-Festa għalih. Ma naqsitx ukoll xi poeżija spirtu pront fuq San Lawrenz, kif tista’ tara fil-filmat.