Lokali

FILMAT: Jisraq il-portmoni u mobile ta’ kaxxiera f’ħanut

Raġel li s’issa għadu mhux identifikat inqabad minn kameras tas-sigurtà waqt li jaħtaf portmoni u mobile ta’ kaxxiera impjegata ta’ stabbiliment f’Buġibba.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, meta l-ħalliel stenna lill-impjegata tkun aljenata, ħataf il-portmoni u l-mobile qabel ħarab mill-post bil-ġiri.

Il-vittma qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex ikun identifikat il-ħalliel.

Il-każ seħħ biss ftit jiem wara li raġel ieħor inqabad minn kameras tas-sigurtà ta’ stabbiliment li jinsab fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar, waqt li jdaħħal idu f’basket ta’ waħda mill-impjegati u jisraqilha l-portmoni.

FILMAT: Raġel jisraq portmoni ta’ impjegata – żewġ persuni jsibuh u jirritornawh

Min għandi xi informazzjoni dwar xi wieħed minn dawn il-każi jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija, jew inkella ma’ dan is-sit. Inwegħdu li kull informazzjoni li taslilna tingħadda lill-vittmi b’mod anonimu, mingħajr ma jinkixef is-sors.