Lokali

ĠLIEDA OĦRA F’PACEVILLE: Arrestat Somalu li kien involut fl-argument

Uffiċjal tal-Pulizija jispiċċa ferut

Raġel Somalu ġie arrestat wara argument li żviluppa f’Paceville fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Il-każ seħħ fi Triq San Ġorġ, fejn jidher li kien argument bejn tliet persuni.

Pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan, li kienu fuq ronda għall-ħabta tat-3:30am, innutaw lill-barranin li kienu qed jiġġieldu u intervjenew mal-ewwel biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Net News hu nfurmat li wieħed mill-persuni kien aggressiv mal-Pulizija u ġie arrestat.

Is-Somalu tressaq dalg]odu stess il-Qorti mill-Ispettur Nikolai Sant u ngħata piena ta’ 8 xhur priġunerija sospiżi għal sena u multa ta’ €4,000.

Fuq Facebook, l-Ispettur Sandro Camilleri sellem b’mod speċjali lis-Surġent Mark Cremona li sofra ġrieħi f’idu u kellu jingħata kura medika wara dan l-arrest.