Ingliż ta’ 48 sena kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li bollard waqgħet għal fuqu waqt li kien f’ristorant fix-Xlendi.
Mill-ewweġ stħarriġ jirriżulta li l-bollard niżlet għal fuqu mit-triq ta’ fuq, Triq San Xmun, bir-raġel jispiċċa jsofri minn ġrieħi gravi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:10.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet għadom għaddejjin.
//= $special ?>