Internazzjonali

Lejn il-ħolqien ta’ forza spazjali Amerikana

Il-Viċi President Mike Pence

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ħabbar li kienet se tinħoloq l- US Space Force, is-sitt fergħa tal-militar Amerikan, u li din għandha tidħol fis-seħħ sal-2020.

Hu qal li l-ħolqien ta’ din il-forza kienet meħtieġa minħabba t-theddida dejjem tikber mir-Russja u ċ-Ċina u biex ikun assigurat id-dominanza tal-Istati Uniti fl-ispazju.

Pence, waqt diskors fil-Pentagon, qal li filwaqt li darba l-ispazju kien post paċifiku dan issa sar wieħed iffullat u ta’ konfront.

Imma mhux kullħadd jaqbel mal-ħolqien ta’ din il-forza speċjalment peress li diġà hemm fergħa tal-Qawwa tal-Ajru Amerikana assenjata għall-ispazju. Jim Mattis, is-Segretarju tad-Difiża, għall-ewwel kien kontra dan il-pjan imma issa jidher li hu favur.