Lokali

Raġel jitlef ħajtu b’kawża naturali f’Għar Lapsi

Emozzjonijiet differenti fost dawk preżenti dalgħodu f’Għar Lapsi, hekk kif innutaw li raġel waqa’ f’daqqa u ntilef minn sensieh.

Kollox seħħ għall-ħabta tal-10.15am, b’dawk preżenti jinnutaw li r-raġel ħass uġigħ u waqa’. Huma għamlu kuntatt immedjatament mas-servizzi tal-emerġenza, bil-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza waslu fil-post fi ftit ħin.

Madankollu, l-intervent tagħhom kien inutli, hekk kif ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post. Hu ttieħed lejn il-Kamra Mortwarja tal-Isptar Mater Dei bil-‘hearse’ tal-Pulizija.

Hemm, irriżulta li r-raġel tilef ħajtu b’kawża naturali, għalkemm aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, fosthom anke billi ssir l-awtopsja fuq il-katavru tar-raġel.