Internazzjonali

Sparatura fatali fil-Kanada

Tal-anqas erba’ persuni nqatlu fi sparatura fil-belt ta’ Fredericton, fi New Brunswick. Fost il-mejta kien hemm żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
Hekk kif l-isparatura kienet qed isseħħ, il-Pulizija avżaw lin-nies biex ma joħorġux minn djarhom fl-inħawi ta’ Brookside Drive.
Wara ftit, il-Pulizija irnexxielha tarresta lill-persuna li ħolqot l-isparatura, imma ċ-ċirkostanzi wara l-isparatura ma kinux ċari.