Edukazzjoni Lokali

“Bżonn ta’ aktar edukazzjoni ċivika” – KNŻ

Kumitat fuq edukazzjoni ċivika mill-Kumitat Ċiviku

L-impenn tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) huwa li jinbotta b’kull mod possibli biex f’Malta jkun hawn aktar edukazzjoni ċivika fost iż-żgħażagħ.

Dan kien il-kliem tal-President tal-KNŻ, Michael Piccinino f’konferezna stampa quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta. Huwa flimkien mal-kumplament mal-Kunsill kollu se jippreżentaw numru ta’ proposti lill-Gvern dwar dan, wara konsultazzjoni ma’ bosta entitajiet u individwi.

Kumitat magħmul minn numru ta’ stakeholders biex jigwidaw dan il-pass.

Piccinino saħaq li d-drittijiet taż-żgħażagħ huwa kruċjali li jiġu mħarsa, u l-KNŻ qed jaħdem biex jkun hemm dawn l-avvanzi fil-ħajja taż-żgħażagħ. Huwa qal li l-għoti tal-VOT 16 kienet xi ħaġa possitiva ħafna, iżda fl-istess waqt hemm bżonn ta’ struttura denja ta’ edukazzjoni biex minn kull att dan il-pass ikun tassew ta’ titjib.

Il-KNŻ qed jaħdem biex ikun hemm kumitat magħmul minn numru ta’ stakeholders biex jigwidaw dan il-pass u eventwalment jekk dan isir u l-edukazzjoni ċivika tibda’ tiffunzjona, dan l-istess kumitat jibqa’ għaddej u l-irwol tiegħu jinbidel biex iħares l-edukazzjoni ċivika f’pajjiżna.

Fid-dawl tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ Piccinino fakkar fil-ħidma li ġa saret mill-istess Kunsill, mhux biss il-VOT 16, iżda wkoll il-kunsens sesswali, u kif ukoll ħidma biex żgħażagħ ta’ 16 ikunu jistgħu jamministraw l-għaqdiet volontarji. Fl-eventwalità qed issir ħidma wkoll biex dak kollu li joħroġ mill-Youth Goals Forum, issir traduzzjoni tiegħu wkoll fil-lingwa Maltija, b’hekk iż-żgħażagħ Maltin jkollhom aktar aċċess għal dak li qed jiġi diskuss.