Internazzjonali

Il-Kanada: Jitressqu akkużi wara l-isparatura qattiela

Il-Pulizija fil-Kanada akkużat raġel b’konnessjoni mal-qtil ta’ erba’ persuni — tnejn minnhom pulizija — waqt l-isparatura tal-Ġimgħa fil-belt ta’ Fredericton; l-kapitali tal-provinċja ta’ New Brunswick.

L-imputat, Matthew Vincent Raymond, qed jiffaċċja erba’ akkużi ta’ omiċidju tal-ewwel grad, waqt li l-pulizija ma żvelawx informazzjoni dwar l-iskop wara l-massakru.

L-isparatura ta’ nhar il-Ġimgħa kienet l-aħħar każ ta’ vjolenza bl-armi tan-nar fil-Kanada. Għalkemm il-liġijiet għaż-żamma tal-artmi f’dan il-pajjiż huma aktar stretti minn dawk tal-Istati Uniti, il-proliferazzjoni ta’ dawn l-armi fil-Kanada, fl-aħħar snin, irriżultat f’żieda ta’ reati fuq livell sinifikanti.