Internazzjonali

AĠĠORNATA: “Jisraq” ajruplan u jagħlaq ajruport sħiħ wara li ħasbuh terrorista

Iż-żagħżugħ kraxxja qrib gżira f'Puget Sound

Fl-Istati Uniti, it-titjiriet kollha fil-qrib tal-Ajruport Infernazzjonali ta’ Seattle kellhom jitniżżlu, hekk kif ajruplan tal-passiġġieri telaq mill-mitjar mingħajr permess.

L-awtoritajiet Amerikani fl-aħħar aġġornamenti tagħhom qalu li ħaddiem tal-linja tal-ajru saq ajruplan mingħajr ebda awtorizazzjoni, u mingħajr ebda passiġġieri abbord. Jidher li l-ajruplan iġġarraf fil-baħar ftit wara li telaq.

Il-persuna li seraq l-ajruplan, possibilment biex jagħmel ċajta, ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 29 sena.

Uffiċjali tal-Pulizija mal-ewwel ċaħdu li dan l-episodju kellu xi forma ta’ rabta ma’ attakk terroristiku. Madankollu, il-każ ittieħed b’serjeta’ kbira tant li għal xi ħin dehru żewġ fighter jets F15 jittajru fil-qrib.

L-ajruplan tal-passiġġieri kien jesa’ 76 persuna, iżda telaq mill-ajruport vojt.

Iż-żagħżugħ f’xi ħin jidher li beda wkoll ikellem lit-torri tal-kontroll fejn f’ħin minnhom qalilhom li għandu ħafna qraba iħobbuh, iżda hu jħossu mkisser minn ġewwa. Il-kuntatt inqata’ kompletament malli l-ajruplan iġġarraf.

Fiz-zona issa hemm bastimenti li għaddejin bi tfittxijiet.