Knisja Lokali

RITRATTI: Marċ miż-żewġ baned Balzanin għall-Isqof Awżiljarju Mons. Galea Curmi

Iż-żewġ baned ta’ Ħal Balzan, dik tal-Każin Tal-Banda San Gabriel u dik tas-Soċjetà Filarmonika Marija Annunzjata akkumpanjaw lill-Isqof Awżiljarju Monsinjur Joseph Galea Curmi f’marċ li telaq minn Triq it-Tliet Knejjes.

Il-marċ baqa’ sejjer sal-Knisja Parokkjali ta’ Ħal Balzan qabel iċċelebra l-ewwel quddies solenni tiegħu.
Galea Curmi għamel numru ta’ snin iservi fil-parroċċa tar-raħal ta’ Ħal Balzan, u għal dan il-mument attendew numru ta’ Balzanin.

Monsinjur Joseph Galea Curmi huwa l-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta bl-ordinazzjoni episkopali tiegħu ssir fl-4 ta’ Awwissu fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.

L-Isqof Joseph Galea Curmi, li għandu 54 sena, huwa d-disa’ Isqof Awżiljarju ta’ Malta.

Hu ġie msejjaħ biex ikun il-kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna, u biex ikollu responsabbilitajiet ta’ tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil-ministeru pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Ritratti: Matthew Tabone